Saturday, May 4, 2024

Mill-awtopsja rriżulta li l-argument kien żvolġa biss sigħat qabel l-omiċidju

Jixhdu l-esperti forensiċi dwar l-awtopsja fuq il-vittma

Aqra wkoll

Wara nofsinhar fil-Qorti ta’ Għawdex ukoll, kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lawrence Abina ta’ 30 sena mill-Ghana mixli bil-qtil ta’ Rita Ellul f’Għajnsielem fis-26 ta’ Frar li għadda. 

Fil-preżenza ta’ qraba tal-vittma, taw ix-xhieda tagħhom l-esperti forensiċi fejn instema’ kif mill-awtopsja li saret fuq il-vittma rriżulta li kellha tbenġil ħdejn għajnha l-leminija u fuq għonqha. 

Rita Ellul hija l-mara li nstabet mejta f’għajnsielem fi Frar

Skont ix-xhieda li ngħatat, minn dawk il-marki, l-esperti setgħu jaslu għall-fatt li l-mara kienet mietet ftit sigħat biss wara l-argument tagħha ma’ Abina u ġiet eliminata l-ipoteżi li hi setgħet kien ilha li mietet.

Sport