Wednesday, April 24, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Joe Gauci

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-eks president ta’ Birkirkara, Joe Gauci, li għal snin twal ta l-kontribut tiegħu lill-football domestiku. 

Huwa serva wkoll bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association kif ukoll bħala konsulent tal-eks president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo. 

Dan is-sit jieħu l-opportunità biex jgħaddi l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu. 

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm l-istess team ta’ Birkirkara FC kif ukoll il-paġna tat-tim ta’ Hibernians FC.

Sport