Wednesday, July 24, 2024

Keith Galea jkompli b’sensiela ta’ rebħ fil-BSJ Go & Fun Triathlon Series

Aqra wkoll

Birkirkara St Joseph Sports Club ospitaw it-tielet tellieqa tagħhom tal-2024 BSJ Go & Fun Triathlon Series fis-Salina l-Ħadd filgħodu. L-avveniment ra attendenza tajba kemm għad-Distanzi Sprint kif ukoll fuq distanza Olimpika, fosthom grupp mħallat ta’ triatleti veterani u ġodda fi ħdan il-komunita tat-triathlon.

Tiġrija fuq Distanza Olimpika

Minkejja li Keith Galea ma tax l-istess prestazzjoni li kisret ir-rekord tal-korsa fit-tellieqa preċedenti, xorta kompla s-sensiela tar-rebħ tiegħu. Huwa żamm il-vantaġġ matul it-tellieqa kollha. Hu ħareġ mill-għawma tal-1500m minuta qabel Adam Jones, li kien segwit minn Ramon Calleja. Fuq il-korsa tar-rota ta’ 40km, li kienet diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tar-riħ, Galea irreġistra l-aħjar ħin ta’ din it-taqsima qabel ma kompla għall-ġirja ta’ 10km. Huwa rebaħ it-tellieqa  b’vantaġġ komdu fuq Josef Azzopardi li kiseb it-tieni post u Jurgen Casha, li ddebutta f’din is-serje, li spiċċa fit-tielet post.

Fil-kategorija tan-nisa Lindsey Pirotta żammet ukoll distakk komdu quddiem Daphne Gatt u Miriam Borg Saydon. Gatt li hi wkoll għamlet id-debut fis-sensiela, irreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima fil-ġiri.  Hija spiċċat fit-tieni post segwita minn Miriam Borg Saydon li għamlet ritorn fiċ-ċirkwit tat-tlielaq lokali.

Tiġrija fuq distanza Sprint

Kai Azzopardi kompla s-sensiela ta’ rebħiet tiegħu fit-tiġrija tal-isprint triathlon. Hu spiċċa l-mill-għawma ta’ 750metru,  segwit minn Ryan Muscat u Bernard Farrugia – dan tal-aħħar b’distakk ta’ 2 sekondi biss wara Muscat. Fir-rotta ta’ 20km tar-rota, , Azzopardi kompla jżomm il-vantaġġ, għalkemm kienu Roberto Briffa u Christian Anastasi bl-aktar bike splits tal-ġurnata. Minkejja dan, Azzopardi kompla jżomm distakk tajjeb biex żamm il-vantaġġ fil-ġirja ta’ 5km u fejn spiċċa b’rebħa oħra f’ismu. Ryan Muscat spicca fit-tieni post wara Azzopardi, segwit minn Roberto Briffa.

Maya Schembri Rodgers ħadet r-rebħa wara li marret fil-vantaġġ mill-bidu u ħarġet mill-ilma quddiem Pia Grech u Keira Attard. Dawn il-pjazzamenti nżammu fis-segment tar-rota u l-ġirja, għalkemm kienet Attard li rreġistra l-aktar l-aħjar ġin fid-dixxiplina tal-ġiri.

Fit-taqsima tar-relay it-tim magħmul minn Roanna Farrugia u Max Bessonn spicca fl-ewwel post.

Il-midalji lill-ewwel tliet rebbieħa rġiel u nisa kemm fit-tiġrijiet Olimpic  u Sprint  ġew ippreżentati mid-delegati ta’ Triathlon Europe – is-Sur Luis Coira Nieto,  Delegat Tekniku u s-Sinjura Alicia Garcia – Teżorier,  li kienu preżenti għat-tellieqa biex jirrappurtaw dwar it-tellieqa minħabba l-avvenimenti internazzjonali li li ser jsiru lokalment f’Settembru.

“Il-Club kien soddisfatt ħafna bl-eżitu tat- tellieqa,  li fiha attendew ħafna nies. Huwa dejjem sodisfaċenti li tara l-komunità tat-triathlon tikber u tissaħħaħ. Nittamaw li nerġgħu naraw attendenza kbira għall-aħħar tiġrija tat-2 ta’ Ġunju” ikkummenta Raymond Grech, President, Birkirkara St Joseph Sports Club. “L-prezenza tad-delegati minn Triathlon Europe fit-tellieqa tagħna kien sinifikanti għall-Club, u nistenneq li nirċievu kummenti importanti  fil-ġimgħat li ġejjin, li ser jkunu t’opportunità tajba biex intejbu t-tlielaq tagħna.”

L-aħħar tiġrija tal-BSJ Go & Fun Triathlon Series se ssir il-Ħadd 2 ta’ Ġunju fis-Salina, li tibda fis-7:30 a.m.

Birkirkara St Joseph Sports Club jixtieq jirringrazzja lil Go & Fun talli appoġġjaw lis-Serje, lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u lill-Pulizija tad-Distrett kif ukoll lill-uffiċjali, staff mediku u voluntiera kollha li għenu f’din il-ġurnata.

BSJ Go&Fun Triathlon Series – Riżultati Tellieqa Nru. 3

 Distanza OlimpikaDistanza Sprint
 IrġielNisaIrġielNisa
1stKeith Galea (2:09:33)Lindsey Pirotta (2:40:23)Kai Azzopardi (1:01:09)Maya Schembri Rodgers (1:13:10)
2ndJosef Azzopardi (2:18:14)Daphne Gatt ( 2:49:19)Ryan Muscat (1:04:11)Pia Grech (1:14:49)
3rdJurgen Casha (2:19:19)Miriam Borg Saydon (2:58:22)Roberto Briffa (1:04:55)Keira Attard (1:15:09)
Ekonomija

Sport