Wednesday, July 24, 2024

Qegħdin inħarsu b’ottimiżmu lejn l-esperjenza fil-Premier – Hubert Vella Genovese

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn mindu kont għadni żgħir minn dejjem kont nuri nteress. Kienu proprju l-ġenituri tiegħi li ħeġġewni nibda l-futbol. Dak iż-żmien kont inħares ukoll lejn ħija li kien diġá beda jilgħab. Minn hemm ‘il quddiem, l-imħabba lejn il-ballun bdiet tikber ftit ftit.

X’tahseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-promozzjoni ta’ Zabbar SP fil-Kampjonat Premier?

Fil-bidu tal-istaġun kienu ftit li emmnu li Zabbar SP seta’ jikseb il-promozzjoni. Nemmen li bl-għaqda fid-dressing room flimkien mad-dedikazzjoni tal-istaff tekniku u x-xogħol tal-kumitat u l-president wassal sabiex naħdmu pass pass u negħlbu kull ostaklu li eventwalment wassalna għall-promozzjoni.

Kif qed tharsu lejn din l-esperjenza fl-oghla divizjoni tal-futbol Malti wara 20 sena?

Qegħdin inħarsu b’ottimiżmu imma se nkunu kawti fl-istess ħin u nimxu pass pass. Bla dubju se tkun esperjenza sabiħa speċjalment għall-partitarji taghna li verament jixirqilhom isegwu lit-tim ta’ Zabbar fl-ogħla diviżjoni. Konvint li d-diriġenti tal-klabb diġá bdew jaħdmu sabiex Zabbar St Patrick ikollna staġun pożittiv din id-darba fl-ogħla diviżjoni.

T.aqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt fiċ-Challenge League?

Iċ-Challenge League huwa kampjonat diffiċli u kumplikat u xi ħaġa evidenti hija li jrid ikollok il-konsistenza sabiex tirnexxi fih. Il-punti tista’ tirbaħhom u titlifhom ma’ kull tim. Rajna kif sal-aħħar ġurnata tal-ewwel rawnd kien hemm timijiet li baqgħu jiġġieldu sabiex jagħmluha mal-ewwel sitta, kif ukoll saħansitra spiċċa b’logħba decider għal min kellu jiġi relegat.

Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta’ livell ikkomparati mal-plejers Maltin?

Nemmen li l-livell tal-barranin mhux dejjem ikun dak mixtieq. Trid tqis li fiċ-Challenge League jistgħu jilagħbu mal-ewwel 11, tlieta biss. Allura nemmen li sabiex tim verament jibbenifika minn plejer barrani irid ikun ta’ livell aktar għoli minn dak ta’ Malti.

Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tac-Challenge League?

Sfortunatament, ir-riżrosi f’pajjiżna huma dawk li huma u allura ċertu titjib mhux dejjem ikun jista’ jsir. Nemmen li hemm grawnds ta’ livell bħal pereżempju l-Grawnd taċ-Ċentinarju peró hemm oħrajn li bi ftit manutenzjoni u titjib jiġu ta’ livell tajjeb ukoll.

X’taħseb dwar il-kontroll tar-referis fiċ-Challenge League?

Naħseb li kien hemm bilanċ tajjeb tul l-istaġun. Ovvjament bħal dejjem, ikun hemm ċerti logħbiet fejn forsi xi tim jew ieħor ma jkunx kuntent b’ċerti deċiżjonijiet peró wieħed irid jifhem ukoll li r-referis huma umani bħalna u r-riżorsi tagħhom ukoll huma limitati.

Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xoghol tieghek u mal-futbol?

Mhux faċli lanqas xejn. Meta tqis li taħdem ġurnata sħiħa sa tard wara nofsinhar u mbagħad trid terħilha għat-taħriġ kważi ta’ kuljum, ftit li xejn jibqagħlek ħin għalik innifsek. Nirringrazzja lill-mara li tgħinni u tissapportjani sabiex inkompli nilgħab.

Kif qed thares lejn il-futur tieghek fil-futbol?

Sena, sena speċjalment issa li sirt missier. Iż-żmien beda dieħel peró ma naqtax qalbi u nemmen li fadalli ftit oħra fil-logħba.

Ekonomija

Sport