Kelb u resident salvati waqt nirien li ħakmu f’residenza u garaxx f’Ħad-Dingli 

Aqra wkoll

Grazzi għall-ħidma bla waqfien tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, ġew salvati kelb u resident waqt nirien li ħakmu residenza u garaxx f’Ħad-Dingli. 

Kien għall-ħabta tal-4:30 a.m., meta ntalbet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili f’residenza fl-inħawi ta’ Triq il-Buskett. Intant f’messaġġ fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili spega li b’kollox din l-operazzjoni damet madwar ħames sigħat. 

F’din il-ħidma li ntemmet b’suċċess, kien hemm involuti 42 pumpier u 12-il vettura tat-tifi tan-nar mill-Istazzjonijiet 1, 3, 4 u 8. Intqal ukoll li b’kollox ntużaw madwar 220,000 litru ilma matul l-operazzjoni kollha.

Is-CPD tixtieq tirringrazzja lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta mir-Rapid Intervention Unit u mill-10 u l-11-il Distrett tal-Pulizija għall-assistenza tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport