Saturday, December 21, 2024

“Kellna talba biex priġunieri jiġu fil-Parlament u nisimgħuhom”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali David Agius waqt konferenza nazzjonali li ttellgħet mill-fondazzjoni OASI qal li: “Wasal iż-żmien li npoġġu madwar mejda: Gvern, Oppożizzjoni, imsieħba soċjali, aġenziji u nagħmlu politika nazzjonali għad-droga u anke addictions oħrajn. Naħseb li kulħadd irid ikun jaf fejn sejjer dan il-pajjiż u fejn irridu niħduh f’dan is-settur.”

Huwa appella biex issir ħidma sabiex ikun f’dan il-pajjiż ikollna politika nazzjonali dwar dan is-suġġett. Agius, li huwa wkoll Deputy Speaker, semma wkoll li rċieva talba biex bħalma jsiru seduti fejn ikun hemm persuni b’diżabilità, anzjani u anke tfal, ikun hemm priġunieri li jiġu fil-Parlament u jisimgħu x’għandhom xi jgħidu.

Agius qal li “Mhix xi ħaġa faċli li tagħmilha però trid taħseb dwarha. Naħseb li l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jieħu ħsieb jisma’ mbagħad jaġixxi, hi xi ħaġa pożittiva. Jiena se nara biex flimkien mal-Ispeaker u l-whips rispettivi nara li din it-talba nipprovaw nagħmluha realtà.”

Ekonomija

Sport