Thursday, May 2, 2024

“Aħna qegħdin hemm mhux biex niġġudikaw imma biex ngħinu” 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, iddikjara li dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ li jrid ikun hemm għal kulħadd. “Ma jistax ikun li għax persuna għandha diffikultà, inwarrbuha. Irridu noħorġu jdejna u nistiednu lil dawk li għandhom diffikultà f’dan il-qasam (tar-rijabilitazzjoni mid-droga) li jersqu ‘l quddiem għax aħna qegħdin hemm mhux biex niġġudikawhom imma biex ngħinuhom.” 

Huwa stqarr dan f’messaġġ irrekordjat waqt il-konferenza nazzjonali li ttellgħet mill-Fondazzjoni OASI, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tar-Reġjun tat-Tramuntana, bil-għan li jqajmu kuxjenza dwar ix-xogħol u l-addiction, fid-Dolmen Hotel. Din il-konferenza, bit-titlu “Ix-xogħol… u l-Addiction? ġiet imtella’ taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella. 

Il-Ministru Falzon beda biex sellem lil OASI, Sedqa u Caritas li jaħdmu ma’ persuni li għandhom problemi ta’ sustanzi jew vizzji u qal li bħala Gvern jappoġġjaw il-ħidma ta’ dawn l-entitajie. Huwa qal li “Nemmnu li kulħadd għandu jkollu t-tieni ċans. Il-problema ta’ abbuż minn sustanzi hi realtà li għandna f’pajjiżna. Problema tista’ tinjoraha jew inkella jkollok il-kuraġġ li taffrontaha.

“Bħala amministrazzjoni nemmnu bis-sħiħ li għandna nkunu hemm għal kulħadd. Ma jistax ikun li għax persuna għandha diffikultà allura nwarrbuha. Irridu noħorġu jdejna u nistiednu lil dawk li għandhom diffikultà f’dan il-qasam illi jersqu ‘l quddiem għax aħna qegħdin hemm mhux biex niġġudikawhom imma biex ngħinuhom.

“Nappella lil dawk li jħaddmu biex jagħtu ċans lil dawn il-persuni li għandhom bżonn dik l-għajnuna biex jimxu ‘l quddiem u jegħlbu l-isfidi li jista’ jkollhom. L-impenn tagħna jibqa’ dak li se nibqgħu naħdmu kemm nistgħu f’dan il-qasam,” tenna l-Ministru Falzon. 

Huwa żied jgħid li x-xogħol jagħtii dinjità u għalhekk huwa importanti li nkunu aħna li nwasslu bl-azzjoni tagħna dik l-id li jkollu bżonn dak li jkun. ‘Ejja naħdmu aktar flimkien. Ejja qatt ma niġġudikaw lil ħadd u ejja nkunu hemm biex ngħinu u noħorġu jdejna,” temm jgħid Dr Falzon.

Sport