Monday, April 22, 2024

“Kemm kont eċitat biex tiġi t-tieġ tat-tifla… kollox kellek lest għażiż ħija”

Oħt Nicholas Camilleri

Aqra wkoll

“Il-midja taf tkun kattiva ħafna imma issa ma tistax tirrispondi għalik innifsek għax ħallejtna.” Iddikjarat dan oħt Nicholas Camilleri – ir-raġel li nstab mejjet ftit jiem wara li kien irrapurtat nieqes mill-Pulizija. 

Oħtu kompliet biex tgħid li Nicholas kien preċiż u b’intelliġenza kbira. Spjegat kemm kien attent f’saħħtu għax anke xi ftit ikel żejjed kien jirrifjutah.

Hija spjegat dwar kif ħuhom sab speċjali f’qalbhom wara li ħareġ mill-faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li għalih il-familja kienet kollox. Qalet kif Nicholas kien ibushom sitt darbiet żgur kemm lilha, kif ukoll lit-tfal.

Hija kompliet biex tgħid li sfortunatament kien isibha ferm diffiċli jżomm ’il bogħod minn uliedu imma dik kienet l-ordni biex ma jiksirx il-bail. Qalet ukoll li minkejja li hi kienet tgħidlu li ma kellux għalfejn għax bħala demmu kienet tħoss li għandha tgħinu, hu dejjem kien jirringrazzjaha.

Madwar xahar ilu Nicholas kien inġabar f’residenza f’Birkirkara biex ikun viċin tagħhom, iżda fl-istess waqt fil-libertà. Barra minn hekk huwa kellu rispett kbir lejn ommu u skont oħtu kien jagħżel li jqatta’ l-ġurnata tal-Ħadd magħha.

B’qalbha maqsumha, oħtu Joanne kompliet biex tfakkar kemm Nicholas kien eċitat biex jattendi għat-tieġ ta’ bintha, xtara l-ħwejjeġ u anke mar jurihomlha fuq ix-xogħol.

Sport