Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Belġjan Kevin de Bruyne mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu maċ-champions Ingliżi Manchester City. Dan tal-aħħar jinsab fl-aħħar xhur tal-kuntratt tiegħu iżda wara insistenza tal-kowċ Pep Guardiola, ġie mħajjar biex iġedded iż-żmien tiegħu fl-Etihad Stadium sabiex jikkonċentra biex isib postu mat-tim nazzjonali Belġjan fit-tazza tad-dinja 2026.
De Bruyne ilu ma’ Manchester City sa mis-sena 2015.