Il-winger ta’ Paris Saint-Germain, Khvicha Kvaratskhelia, se jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li sofra tiċrita fil-ligamenti tal-cruciate tal-irkoppa waqt ir-rebħa ta’ 4-2 kontra Barcelona fiċ-Champions League.
L-internazzjonali ta’ Georgia, 25 sena, weġġa’ waqt konfront ma’ Xavi Espart u kellu jinbidel fid-59 minuta, hekk kif ma setax jimxi aktar.
Il-club Pariġin ikkonferma wkoll li Ousmane Dembele u Marquinhos se jkunu assenti għal diversi ġimgħat minħabba injuries muskolari tal-koxxa.
Minkejja dawn l-assenzi, PSG żammew il-bidu perfett tagħhom fid-difiża tat-titlu taċ-Champions League, b’disa’ punti minn tliet logħbiet.




