Sunday, November 24, 2024

Kia EV6 ivvutata bħala ‘Crossover of the Year’ 2021 mit-TopGear.com Awards

Aqra wkoll

• Dan il-mudell ingħata dan il-premju wara biss xahar li ħareġ fis-suq.

• Il-Kia EV6 tagħmel impatt kbir ma’ TopGear, bl-istil, il-ġibda li għandha, u t-tul bejn charge u ieħor.

• Dan il-mudell rebaħ ukoll il-‘German Premium Car of the Year’. Huwa wkoll shortlisted fost seba’ vetturi, li jistgħu jirbħu l-‘European Car of the Year 2022.’ 

F’dan ir-rigward, Tom Ford, wieħed mill-edituri ta’ TopGear qal: “B’dan il-mudell, il-Kia għamlet minn kollox f’dak li għandu x’jaqsam ma’ vetturi tal-elettriku; stil fid-disinn minn ġewwa u minn barra; charge li jservi fit-tul; kif ukoll apparat modern elettroniku għal gadgets li ssib f’din il-vettura. Il-Kia EV6 hija wkoll spazjuża, mibnija tajjeb u attrezzata mill-aqwa. Din hija karozza li ttik minn kollox bħala crossover”.

Tistgħu żżuru youtube.com/topgear u topgear.com biex taraw il-preżentazzjoni tal-Awards li ngħatat din il-vettura. Ta’ min jgħid ukoll li din ġiet ukoll imsemmija fl-aħħar edizzjoni ta’ TopGear Magazine, li kien iddedikat għall-aqwa karozzi li hawn fis-suq.

Il-Kia EV6, rebħet dan il-premju fl-istess ġimgħa li ġiet shortlisted ma’ sitt vetturi oħra, għal European Car of the Year 2022; kif ukoll xahar wara li rebħet il-German Premium Car of the Year 2022. Jason Jeong, President ta’ Kia Europe qal: “Ma nistgħux inkunu aktar kuntenti milli aħna bħalissa bil-fatt li li rbaħna dan it-titlu tant prestiġġjuż ta’ Crossover of the Year minn TopGear.com. Il-Kia EV6 hija vettura rivoluzzjonarja fejn jidħlu karrozzi tal-elettriku; u TopGear dan għarfuh sew għalhekk ħadna dan l-Award. Dan l-Award huwa fost oħrajn li ħadna, għax Kia dejjem minn quddiem fejn jidħlu vetturi tal-elettriku”.

Il-pubbliku dalwaqt jista’ jara l-Kia EV6. Ibgħatu email lill- [email protected]

Sport