Monday, May 13, 2024

“Kien il-PM Robert Abela l-ewwel li tenna li l-inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet lil Vitals għandha tkun ippublikata”

- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

“Kien il-Prim Ministru Robert Abela l-ewwel li tenna li l-inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet lil Vitals għandha tkun ippublikata fl-intier tagħha.  B’mod partikolari fid-dawl li din inkjesta li kienet ilha għaddejja erba’ snin u nofs, u ‘kumbinazzjoni’ tlestiet mal-mument li fetħu n-nomini għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju”

Dan qalu l-Partit Labursta fi stqarrija fejn intqal li l-Kap tal-Oppożizzjoni min-naħa l-oħra l-ewwel ħareġ jgħid li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju għandhom imexxu minnufih u issa qed jgħid li jrid kopja tal-inkjesta.

Il-PL qal ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr ukoll li se jibqa’ jagħmel pressjoni u kkonferma li hu jimxi skont id-direzzjonijiet u l-prijoritajiet li hu u l-partit tiegħu jkollhom. Bil-quddiem jiddikjara li se jkompli bil-politika tat-theddid.

Dan fl-istess ħin li l-Partit Nazzjonalista u deputati minn tiegħu għaddejin b’gidba wara oħra, inkluż fuq is-social media. Dan aġir ta’ establishment perikoluż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport