Monday, May 13, 2024

Sassuolo fiduċjużi wara r-rebħa kontra Inter

Aqra wkoll

Bosta tkellmu dwar il-bravura li għamlu Sassuolo hekk kif kienu l-uniku tim li rebaħ liċ-champions il-ġodda Inter għal darba darbtejn. Wara li jumejn ilu huma rebħu lin-Nerazzurri b’gowl uniku ta’ Armand Laurentie, it-tim immexxi minn Davide Ballardini qed iħares ‘il quddiem lejn is-salvazzjoni hekk kif jinsab biss żewġ punti bogħod mit-trio ta’ timijiet li jinsabu fil-parti ‘l barra mir-relegazzjoni.

Wara li huma rebħu lil Inter fi Stadio San Siro fl-ewwel round, huma rrepetew din il-bravura bil-kowċ Ballardini li faħħar il-wirja kollettiva tal-plejers tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport