Friday, May 3, 2024

“Kien jemmen li l-ħajja logħba li ma tintilifx… illum kellu jagħlaq 53 sena”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Folla kbira ta’ nies nġabret fil-Knisja Parrokjali tal-Furjana biex jagħtu l-aħħar tislima lill-kit manager tat-tim nazzjonali Malti, Mark Piscopo. L-aħbar tal-mewt tiegħu fl-età ta’ 52 sena ħalliet lil bosta maħsudin.

YouTube video

L-Arċipriet Charles Cini fakkar lil Piscopo bħala bniedem maħbub minn kulħadd. Cini qabbel il-ħajja ma’ logħba futbol għax fiha mumenti fejn nifirħu u oħrajn fejn nibku.

Huwa kompla biex jgħid li hemm bżonn li nemmnu bħal Mark li minkejja kollox qatt m’aħna se nkunu telliefa f’din il-logħba.

Cini kkonferma li x-xewqa ta’ Mark li ssir statwa ta’ Ġwanni Pawlu ll fil-Knisja ta’ San Publiju se ssir u li se tgħin biex it-tifkira tiegħu ma tintesa qatt.

Huwa temm jirringrazzjah ta’ dak kollu li għamel fil-kamp tal-futbol u tal-imħabba dejjiema li ħalla f’dawk kollha li ltaqgħu miegħu xi darba jew oħra.

Mark Piscopo magħruf ukoll bħala l-Lullu kien bniedem maħbub minn kulħadd għall-kariżma li kellu u għall-karattru ċajtier tiegħu. Proprju llum, Piscopo kellu jkun qiegħed jiċċelebra għeluq it-53 sena tiegħu.

Huwa beda jservi bħala kit manager ma’ Floriana taħt il-gwida ta’ Ġużi Schembri “It-Tripolin” tard fis-snin tmenin.

Wara tant żmien huwa mar jaħdem fl-MFA mat-tim ta’ taħt il-21 sena fejn imbagħad ġie promoss għall-ewwel skwadra fi żmien il-kowċ nazzjonali John Buttigieg.

Sport