Saturday, December 21, 2024

Kienu tawh 9 xhur ħajja… iżda għex 20 sena sħaħ bl-ALS

Imut Charlie, resident f’DAR Bjorn

Aqra wkoll

Bjorn Formosa fl-aħħar sigħat sellem il-memorja ta’ Charlie, wieħed mir-resident ta’ DAR Bjorn.

“Charlie, għalina int kont xempju ta’ kuraġġ u determinazzjoni. Għalkemm il-professuri kienu tawk biss 9 xhur ħajja, irnexxielek tgħix għal 20 sena sħaħ bl-ALS, b’qalb kbira li qatt ma ċediet. Kull persuna li ltaqgħet ma’ Charlie f’DAR Bjorn jaf kemm kien raġel ferrieħi, dejjem jitbissem, minkejja li kien għaddej minn diffikultajiet kbar. Ħa nimmissjawk ħafna!,” jikteb Bjorn.

Imbgħad jgħaddi biex isellem lil martu Joan fejn jgħidilha li hi ma kinitx biss mart Charlie, imma kienet “anġlu li ddedikat ħajtek biex tħobbu u tieħu ħsiebu bla waqfien. Nixtiequ li qatt ma tinsa li hawn f’DAR Bjorn dejjem għandek familja, lesta biex tissaportjak.”

Bjorn ikompli jikteb li “Ma nistax ninsa l-mument meta ċempiltlek biex ngħidlek li sibna post għal Charlie hawn magħna. Kemm kont ippanikkjajt għax dak iż-żmien, kien ser jiżżewweġ it-tifel u ridtu jkun hemm. Imma sibna mod kif Charlie seta’ jattendi, u meta wasal il-jum, kien minn tal-ewwel li kien lest, imlibbes sabiħ biex ikun miegħek u mat-tifel fil-mument tant speċjali. Charlie ħallielna lezzjoni – dik li minkejja kollox, hemm xorti li tgħix b’dinjità u imħabba. Grazzi Charlie li kont parti minna. Strieħ fi sliem.”

Il-funeral ser isir fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi nhar it-Tlieta, 15 ta’ Ottubru fis-3.30pm

Ekonomija

Sport