Monday, December 23, 2024

Kif nistgħu ntejbu l-mezzi ta’ komunikazzjoni ma’ persuni neqsin mis-smiegħ waqt l-imxija tal-pandemija tal-Covid19?

Aqra wkoll

Minn Dr GEORGIANA FARRUGIA BONNICI

Issa li l-użu tal-maskri sar obbligatorju f’postijiet pubbliċi f’pajjizna, sabiex innaqqsu t-tixrid tal-coronavirus, għandna wkoll naħsbu f’dawk il-persuni kollha li huma neqsin mis-smiegħ, u li qabel kienu jsibuha iktar faċli li jikkomunikaw ma’ ħaddiehor billi jaqraw ix-xuftejn … iżda, dan, mhux se jkun iktar possibli, għalissa.

Għaldaqstant, nixtieq naqsam magħkom xi suġġerimenti li jafu jgħinu lil kull min jinsab f’din is-sitwazzjoni, billi ntejbu l-mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ bejnietna:

1) Għandna lkoll inżommu kalmi, u nrabbu ftit paċenzja. Issa, iktar minn qatt qabel, għandna bżonn ngħinu iktar lil xulxin. Huwa mistenni li f’din il-pandemija, persuni neqsin mis-smigħ, jaf jieħdu iktar ħin sabiex jesprimu ruħhom.

2) Tkellmu b’mod ċar, u taħtfux il-kliem. Irrepetu l-frażijiet meta tiġu mitluba li tagħmlu dan. Idealment, il-konverżazzjonijiet isiru f’post imdawwal, u ’l bogħod minn kull disturbi ta’ storbju żejjed.

3) Użaw iktar idejkom sabiex tesprimu ruħkom, jew biex tirreferu għal ċerti azzjonijiet komuni. 

4) Kull min għandu xi ħjiel ta’ xi kliem bażiċi jew ittri, li jintużaw fil-lingwa tas-sinjali, issa huwa l-mument opportun sabiex jibda’ jagħmel użu minnu wkoll.

5) Alternattivament, iktbu l-messaġġi tagħkom ċari fuq biċċa karta, jew inkella fuq l-iskrin tat-telefon ċellulari.

6) Żommu d-distanzi soċjali rrakkomandati, iżda xorta waħda qisu li tkunu qed tħarsu direttament lejn il-persuna nieqsa mis-smiegħ, meta tkunu qegħdin titkellmu.

7) Għall-affarijiet iktar importanti, tistgħu tagħmlu wkoll użu minn servizzi ta’ interpretu professjonali.

Jekk tixtieq issegwi l-health blog ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi żżur u il-paġna ta’ Faċebook: ×Be Holistiċally Healthy, MD× 

Ekonomija

Sport