Tuesday, September 17, 2024

Kim Taehyun fil-finali tal-World Table Tennis

Aqra wkoll

Il-plejer tal-Malta International Table Tennis Club (MITTC) Kim Taehyun irnexxielu jasal sal-finali tat-turnew prestiġġjuż organizzat mill-World Table Tennis fil-Peru meta fis-semifinali tad-doubles hu lagħab mal-Franċiż Vincent Picard huma għelbu lill-koppja Franċiża Alexis Kouraichi u Thibault Poret 3-1.

Taehyun kien deċiżiv ukoll f’dan it-turnew speċjalment f’ċerti logħbiet kruċjali fejn irċieva t-tifħir mill-organizzaturi.

Illejla fl-għaxra ta’ filgħaxija ħin ta’ Malta, il-koppja Kim Taehyun u Vincent Picard se jilagħbu fil-finali kontra Florian Bourrassaud u Esteban Dorr.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport