Wednesday, July 24, 2024

Kjuwijiet twal ta’ karozzi fiċ-Ċirkewwa hekk kif bosta jistennew biex jaqsmu l-fliegu

Aqra wkoll

Minkejja t-twissijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa biex matul dawn il-jiem ta’ festa n-nies tibqa’ tosserva d-direttivi maħruġin biex tkun mitigata bl-aħjar mod possibbli l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, bosta kienu dawk li ddeċidew li jaqsmu l-fliegu biex jiċċelebraw it-tokki ta’ nofs il-lejl flimkien ma’ qraba u ħbieb tagħhom.

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu kienet diġà wriet il-ħsieb tagħha li bosta Maltin kienu se jaqsmu lejn Għawdex matul dawn il-jiem, bl-indikazzjonijiet tagħha jkunu li l-biċċa l-kbira tal-akkomodazzjonijiet huma diġà mikrijin. Fost l-akkomodazzjonijiet li l-aktar kien hemm talba għalihom kienu l-farmhouses, indikazzjoni li bosta huma dawk li se jieħdu l-opportunità biex iqattgħu dawn il-jiem fil-kumpanija ta’ persuni li ma jaqgħux fiċ-ċirku dirett tal-familja tad-dar tagħhom.

Intant ritratti ppubblikati fuq il-midja soċjali, fosthom fuq il-paġna Maltese Roads Traffic Updates, juru traffiku kbir iċ-Ċirkewwa, b’karozzi jistennew biex jitilgħu abbord il-vapur.

Ekonomija

Sport