Wednesday, July 24, 2024

Ta’ qsim il-qalb… omm twelled iżda ma laħqitx ħaddnet lit-tarbija għax mietet bil-Covid19

Aqra wkoll

Storja ta’ qsim il-qalb ħarġet fl-aħħar sigħat minn Kalifornja. Omm li kienet fl-aħħar fażi tat-tqala u spiċċat kienet infettata bil-Covid19. Iddaħħlet l-isptar u s-sitwazzjoni tagħha marret għall-agħar. Inqalgħu għadd ta’ kumplikazzjonijiet. Welldet. Iżda miet minħabba l-kumplikazzjonijiet mill-Covid19. Hi ma kellhiex iċ-ċans li tgħannaq it-tarbija tagħha. Hi mietet b’attakk tal-qalb xahar wara li welldet.

Vanessa Cardenas Gonzalez, li hi omm ta’ żewġt itfal, instabet li hi infettata bil-Covid19. Ftit jiem wara hi kellha twelled tarbija.

Ġara li hi welldet it-tarbija tagħha, tifla, aktar tard f’Novembru. Minħabba li kienet bil-Covid19, l-isptar fejn kienet ma tax permess biex tħaddan it-tarbija magħha, li kienet diġà ngħatat l-isem ta’ Heaven. It-tarbija inżammet ukoll ’il bogħod minnha.

Hi kienet intbagħtet id-dar iżda ntalbet tiżola ruħha u ma toqgħodx ħdejn it-tarbija. Filfatt f’darhom kienu separati u hi kienet titkellem ma’ uliedha permezz tat-teknoloġija minn kamra għal oħra.  Vanessa filfatt kienet tara lit-tarbija tagħha permezz tal-mowbajl.

Ir-raġel tagħha Alfonso, u ż-żewġt itfal Ruben ta’ 11-il sena u Joshua ta’ 7 snin,  ħasbu li kollox kien se jkun sew. 

Ġurnata biss wara li rritornat id-dar hi sofriet minn attakk tal-qalb u dan ikkawżalha ħsara fil-moħħ. It-tobba jemmnu li l-attakk tal-qalb seħħ minħabba l-Covid-19. Hi spiċċat għamlet xahar fuq il-ventilator iżda mietet.

Ekonomija

Sport