Sunday, December 22, 2024

Kliem ta’ mibegħda u xokkanti fil-konfront ta’ Jason Micallef

... Il-midja soċjali saret għodda ta’ attakki u insulti

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-midja soċjali qiegħda tintuża bħala pjattaforma għall-kliem ta’ mibgħeda u kliem oxxen bħallikieku dan l-aġir offensiv u llegali jista’ jsir bla skrupli dan kollu għax moħbijin wara skrin.

Fi tmiem il-ġimgħa Jason Micallef, iċ-chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, safa’ mira ta’ attakki u theddid personali minn allegatament partitarji u membri tal-Partit Nazzjonalista.

“Qatt kemm ili fil-ħajja pubblika ma naf tant theddid personali, ħdura u mibgħeda fil-konfront tiegħi, inkluż li joffenduni b’ommi u b’kull aġġettiv ieħor. Nista’ nressaq tużżana minnhom il-Qorti faċilment fuq kliem ta’ mibgħeda (hate speech) u inċitament ta’ mibgħeda fuq persunti. Iddeċidejt li nesponihom wieħed, wieħed, waħda waħda u qiegħed nirriproduċi dak li ppermetta li jinkiteb u jidher fuq il-Facebook wall tiegħu n-nutar Robert Aquilina fil-konfront tiegħi”. Hekk kiteb Micallef b’risposta tal-partitarji u l-membri li allegatament, bil-barka tan-nutar Aquilina fil-konfront tiegħu “hija xokkanti”. 

Micallef spjega kif dan kollu nqala’ wara li s-Sibt filgħodu huwa kien mistieden u ħa sehem fil-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq ir-radju tal-Knisja. Hawn Micallef qal li tkellem fost l-oħrajn kif in-nutar Robert Aquilina, li jmexxi l-għaqda estrema tal-PN Repubblika, li skont huwa huma ossessjonati b’Joseph Muscat u “kif l-attakki nsensati tagħhom fuq nies bħall-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u oħrajn, jagħmluha bħala l-aġenti tal-mibgħeda tal-midja soċjali f’pajjiżna”.

Min-naħa tiegħu Micallef iddikjara li “la qatt beżżajtuni u wisq inqas se tbeżżgħuni llum. Ja qatta’ pastażi, baxxi u nies bla qalb. Nies li tieħdu n-nifs mill-mibgħeda li xxerdu”.

Ekonomija

Sport