Wednesday, May 6, 2026

KM Malta Airlines iżżid aktar titjiriet wara domanda qawwija għal ivvjaġġar għall-votazzjoni tal-Elezzjoni Ġenerali

Aqra wkoll

KM Malta Airlines ħabbret iż-żieda ta’ aktar titjiriet addizzjonali. Dan wara domanda qawwija biex wieħed jivvjaġġa lejn Malta sabiex jivvota  fl-Elezzjoni Ġenerali.

Matul l-ewwel jumejn ta’ bookings għall-ivvjaġġar għall-elezzjoni, il-linja tal-ajru diġà ibbukkjat aktar minn 1,000 passiġġier ta’ ritorn biex jivvjaġġaw lejn Malta biex jivvutaw fl- Elezzjoni Ġenerali li ġejja. 

Madwar 90% tal-bookings kollha li saru s’issa joriġinaw minn Brussell u Londra. Bi tweġiba għad-domanda, KM Malta Airlines assigurat is-slots tal-ajruport meħtieġa u se topera s-servizzi addizzjonali li ġejjin:

London Gatwick:

• 20 ta’ Mejju

• 21 ta’ Mejju

• 22 ta’ Mejju

• 24 ta’ Mejju

• 31 ta’ Mejju

Brussell:

• 21 ta’ Mejju

• 22 ta’ Mejju

• 25 ta’ Mejju

Dawn it-titjiriet addizzjonali se jipprovdu kapaċità akbar għall-votanti li biħsiebhom jivvjaġġaw lejn Malta għal votazzjoni bikrija fit-23 ta’ Mejju, kif ukoll għal dawk li qed jippjanaw li jirritornaw ftit wara.

KM fi stqarrija spjegat li s-siġġijiet jibqgħu disponibbli f’firxa ta’ dati oħra għall-passiġġieri li jixtiequ jivvutaw fil-votazzjoni bikrija fit-23 ta’ Mejju jew jivvutaw f’Jum l-Elezzjoni, it-30 ta’ Mejju u jirritornaw fil-post tar-residenza tagħhom wara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport