Saturday, November 16, 2024

KM Malta Airlines tħassar it-titjiriet lejn Milan Linate

Aqra wkoll

KM Malta Airlines kienet kostretta li llum tħassar it-titjiriet lejn l-Ajruport ta’ Linate f’Milan wara li l-Ground Handling tal-istess ajruport ħarġu fuq strajk.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru Maltija qalet li l-passiġġieri li ġew affetwati se jkunu qegħdin imorru lejn Milan għada l-Erbgħa b’titjira li tilaq minn Malta fis-12.45pm. Dawk li kellhom jiġu llum minn Milan se jkunu qegħdin jiġu lura Malta għada b’titjira li titlaq fl-3.45pm.

Passiġġieri li għamlu l-booking dirett ma’ KM Malta Airlines u jippreferu l-flus lura jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw online. Dawk li bukjaw ma’ aġenzija tal-ivvjaġġar għandhom ikellhom direttament lill-aġenzija u tirranġa hi f’isimhom.

Ekonomija

Sport