Wednesday, July 24, 2024

3 persuni l-Isptar wara li nqalbu bil-karozza f’Iklin

Aqra wkoll

3 persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.00pm inqalbu bil-karozza fi Triq il-Wied l-Iklin.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li hekk kif ġew informati marru mill-ewwel fuq il-post minn stħarriġ preliminari rriżulta li karozza VW T-Cross misjuqa minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara inqalbet wara li ħabtet f’vettura pparkjata. Passiġġieri fl-istess vettura kien hemm żewġ nisa ta’ 65 sena u 74 sena residenti Birkirkara.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ix-xufier kien ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ nisa sofrew ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport