Wednesday, July 24, 2024

Kollaborazzjoni bejn Hotsticks Hockey Club u Żurrieq Wolves ASC

Aqra wkoll

Il-klabb lokali ta’ Hotsticks Hockey Club laħqu ftehim ma’ Żurrieq Wolves ASC sabiex ikun hemm kollaborazzjoni bejniethom u jkun hemm promozzjoni tal-logħba tal-hockey.

Żurrieq Wolves ASC hu klabb li ġie mwaqqaf fl-1966 bl-għan li jinkoraġixxi l-attivita’ fiżika fost il-komunita’. Dan il-klabb jipparteċipa f’diversi sport fuq livell amatorjali bħall-billiard, futbol u atletika.

Min-naħa tagħhom Hotsticks Hockey Club ilu mwaqqaf sa mill-1975 u hu wieħed mill-klabbs ewlenin f’dan l-isport.

Wara li ġie ffirmat il-ftehim, il-president ta’ Hotsticks Hockey Club Andrei Imbroll irrimarka li din il-kollaborazzjoni hi waħda storika għall-klabb u kompliet tibni fuq it-tajjeb li tant ilu jsir tul dawn l-aħħar snin. Hu qal li l-klabb permezz tal-coaches tiegħu bdew is-sessjonijiet ta’ taħriġ fil-faċilita’ li hemm fiż-Żurrieq.

Il-president ta’ Żurrieq Wolves Dennis Caruana qal li dan hu wkoll mument storiku għall-klabb sportiv li hu ikona fir-raħal taż-Żurrieq. Hu sostna li t-tfal Żrieraq issa jistgħu jimirħu f’dan l-isport tant dinamiku u rringrazzja lil Hotsticks Hockey Club għal din il-kollaborazzjoni li se tħalli ħafna frott aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Ekonomija

Sport