Wednesday, October 9, 2024

Blackball: Seba’ plejers b’punti massimi fil-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Illum jintlagħab it-tielet round tal-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta tal-Blackball b’16-il partita oħra.

Erbgħin plejer li huma maqsuma fi tmien gruppi qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Wara l-ewwel żewġ rounds ta’ logħob, Leon Azzopardi, Johan Attard, Wayne Pace, Chris Galea, Miguel Mizzi, Ryan Pisani u Dejan Grech jinsabu b’punti massimi u għalhekk fil-quċċata tal-klassifika.

Sadanittant iċ-champion renjanti Clayton Castaldi ,wara rebħa ta’ 6-0 kontra Philip Coleiro, safa’ megħluba minn Kevin Schembri 6-5. B’hekk is-sitwazzjoni fi grupp Ċ tidher waħda bilanċjata, b’erba’ plejers li għandhom tliet punti.

Il-fażi tal-gruppi tintemm fil-11 t’Ottubru li ġej sabiex eventwalment l-ewwel żewġ plejers minn kull grupp jgħaddu għall-fażi tal-aħħar sittax.

Il-finali taċ-Champion ta’ Malta hi skedata għal nhar l-Erbgħa 18 t’Ottubru bil-logħob kollu li qed jintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Sport