Friday, December 13, 2024

“Kollega, ħabib, ġentlom… Marsaxlokk tilef raġel fuq l-irġiel”

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin bosta esprimew ix-xokk tagħhom għall-mewt ta’ Joseph Ellul, il-ħaddiem ta’ 38 sena magħruf bħala x-Xlukkajr li sfortunatament tilef ħajtu fl-inċident li seħħ dalgħodu fil-Marsa.

Ħbieb, kollegi u persuni li kienu jafuh iddeskrivewh bħala ħaddiem ħabrieki u eżemplari fuq xogħlu.

Ma naqsux għadd kbir ta’ kondoljanzi minn dawk li kienu jafuh fejn mhux biss iddeskrivewh bħala kollega, iżda wkoll bħala ħabib u ġentlom kbir. 

“Kollega, Ħabib, Ġentlom… Strieh fil-Ħajja ta’ dejjem. Ma ninsewk qatt,” kiteb wieħed mill-ħbieb tiegħu.

Oħrajn qalu li llum Marsaxlokk jinsab imnikket għaliex tilef lil wieħed minn uliedu. “Marsaxlokk għadu kif tilef raġel fuq l-irġiel.”

Ekonomija

Sport