Saturday, May 4, 2024

Kollox hu possibbli meta nagħtu l-aħjar tagħna – Santiago Fabian Moracci

Aqra wkoll

Minn Cristian Micallef

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet minn età żgħira ħafna. Bdejt fit-tim tas-City Sport Club tiegħi Cañadense fl-età ta’ erba’ snin.

X’inhuma l-miri personali tiegħek u ta’ Santa Lucia FC għal dan l-istaġun?

L-għan tal-klabb dan l-istaġun hu li jżomm postu fil-Kampjonat BOV Premier. Se nkunu qed nippruvaw nagħmlu minn kollox biex jirnexxilena nagħmlu dan fl-aħħar żewġ logħbiet li fadal għal tmiem l-istaġun.

L-għan tiegħi hu li nkompli nipprepara bl-aħjar mod u niffaċċja kull opportunità bħallikieku kienet l-aħħar, li bla dubju twassalni biex nikseb affarijiet importanti. Naħdem biex nitjieb logħba wara l-oħra.

X’tikkummenta dwar il-kowċ, Alessandro Zinnari?

Jien grat ħafna lejn il-kowċ Alessandro Zinnari għall-opportunità u l-fiduċja li jagħtini. Huwa professjonist kbir, kemm hu kif ukoll l-istaff kollu, personalment nipprova nisma’ kull parir mingħandu biex inkompli nitgħallem u ntejjeb il-karriera tiegħi.

U fuq il-kumitat Santa Luċija mmexxi mill-president Robert Micallef ?

Għandi biss kliem ta’ gratitudni lejn il-president Robert Micallef, it-team manager Jonatan Mallia, il-kowċ Alessandro Zinnari u l-istaff kollu għall-opportunità u r-rispett li jagħtuni ta’ kuljum.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u ta’ isfel?

Il-futbol Malti evolva ħafna, stajt narah personalment mill-istaġun li għadda għal dak attwali.

Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f’tim?

Il-kampjonat evolva ħafna sena wara sena u dwar din il-mistoqsija nista’ ngħid biss li jien grat talli għandi l-possibbiltà li nilgħab hawn.

X’inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel biex ikun tajjeb?

Il-plejer tal-futbol irid ikollu ħafna dixxiplina kemm fuq il-grawnd kif ukoll barra minnu. L-ikel, il-mistrieħ, it-taħriġ żejjed u l-kura personali huma l-affarijiet li jagħmlu d-differenza fil-karriera tagħna.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-ħsieb tiegħi hu li nagħmel staġun mill-aqwa u nuri l-potenzjal tiegħi kollu, allura dak li se jiġri, Alla biss jaf. L-iktar ħaġa importanti hija li nkun grat kuljum għall-opportunità li naħdem fuq dak li nħobb nagħmel u nagħti l-almu tiegħi biex inkpmpli nitjieb.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ li jkollhom karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ li nixtieq inwassal hu li min qed jaqra din l-intervista għandu jfittex lil Alla f’dak kollu li jagħmel, u jpoġġieh bħala prijorità f’kull ħolma tiegħu. Kollox hu possibbli meta nagħtu l-aħjar tagħna nfusna!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport