Friday, December 27, 2024

Kollox lest għas-serata finali tal-MFPA Awards fl-1 ta’ Mejju

Aqra wkoll

L-MFPA Awards nhar l-1 ta’ Mejju se jkunu qed jonoraw plejers li kellhom staġun 2022-23 eċċellenti.

L-emfażi se tkun fuq l-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-futbol domestiku 2022-23 meta l-MFPA Awards 2023 isiru fl-1 ta’ Mejju fi Sky Club. It-tħejjijiet għal dan l-avveniment mistenni bil-ħerqa qed jiġbru r-ritmu bil-Malta Football Players Association tħabbar in-nominati finali li ġew ivvutati minn sħabhom.

Matul is-serata gala se jittellgħu total ta’ 35 premju, inklużi l-11-il plejer li jiffurmaw l-MFPA Best XI kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, u l-Premju tal-Mertu għal kontribut eċċellenti fil-futbol Malti. Minbarra l-plejers nominati fl-erba’ kategoriji ewlenin, l-aħjar kowċ u l-aħjar referee se jkunu wkoll onorati waqt l-MFPA Awards.

B’kollox hemm 22 nominat fil-kategoriji tal-MFPA Best XI kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Ir-rebbieħa tal-MFPA Best Player awards tas-sena li għaddiet, l-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele u d-difensur ta’ Birkirkara Charlene Zammit, reġgħu ġew nominati fil-kategoriji tal-MFPA Best XI. L-aħħar tliet nominati għall-unur tant mixtieq tal-Aqwa Plejer tal-MFPA (irġiel u nisa) se jiġu żvelati waqt il-lejla tal-MFPA Awards fl-1 ta’ Mejju segwit mit-tħabbir tar-rebbieħ.

Iċ-champions Maltin li għadhom kif ġew inkurunati Ħamrun Spartans jiftaħru bl-ogħla numru ta’ kontendenti fil-kategoriji tal-irġiel b’disgħa segwiti minn Birkirkara, bħalissa t-tieni fil-Kampjonat BOV Premier, b’ħames nominati. Fil-kategoriji tan-nisa (MFPA Women’s Best XI u MFPA Best Women’s Young Player), il-leaders tal-Assikura Women’s League u ċ-champions attwali Birkirkara jimxu fuq quddiem bi tmien nominati filwaqt li Swieqi United fit-tieni post għandhom sebgħa.

Hemm tliet kandidati għall-MFPA Best Men’s and Women’s Young Player awards, is-sena l-oħra mirbuħa mill-playmaker ta’ Floriana Jan Busuttil u Maya Lucia, li bħalissa qed tilgħab mal-klabb Taljan, Genoa Women.

In-nominati fil-kategoriji taĊ-Challenge League qegħdin fit-taqtiegħa biex jirbħu l-premju tal-MFPA Best Challenge League Player, is-sena l-oħra mirbuħa minn Lydon Micallef, li issa qed jilgħab ma’ Sliema Wanderers, li wkoll jinsab fil-kontestazzjoni din is-sena. Hemm erba’ kontendenti għall-premju tal-MFPA Best Amateur League player, introdott is-sena l-oħra.

Minbarra l-kriterji ta’ eliġibbiltà relatati mal-ħin minimu tal-logħob għan-nominati kollha, il-plejers ma setgħux jivvutaw għal kandidat li jilgħab mal-istess tim. In-nominati inizjali ġew magħżula minn panel ta’ kowċis.

MFPA MEN’S BEST XI (3-5-2)

Goalkeepers: Henry Bonello (Ħamrun Spartans); Darijan Zarkov (Gżira United).

Difensuri ċentrali: Ferdinando Apap (Hibernians); Ognjen Bjelicic (Ħamrun Spartans); Steve Borg (Ħamrun Spartans); Emerson Marcelina (Ħamrun Spartans); Gabriel Mentz (Gżira United); Enrico Pepe (Birkirkara).

Difensuri lemin: Juan Carlos Corbalan (Ħamrun Spartans); Kristu Ememe (Mosta.

Difensuri xellug: Leandro Aguirre (Marsaxlokk); Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans).

Midfielders: Boubakary Diarra (Mosta); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Brandon Paiber (Valletta); Roko Prsa (Ħamrun Spartans); Angel Torres (Balzan); Yannick Yankam (Birkirkara).

Attakkanti: Enzo Daniel Cabrera (Birkirkara); Jefferson de Assis (Gżira United); Jurgen Degabriele (Hibernians); Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers).

L-AĦJAR PLAYER MFPA IRĠIEL

Il-kandidati kollha għall-MFPA Men’s Best XI huma nominati.

L-AĦJAR PLAYER ŻAGĦŻUGĦ TAL- MFPA IRĠIEL

Shaun Dimech (Valletta); Paul Mbong (Birkirkara); Jake Vassallo (Mosta).

MFPA BEST COACH

Darren Abdilla (Gżira United); Branko Nisevic (Ħamrun Spartans); Oliver Spiteri (Balzan); Giovanni Tedesco (Birkirkara).

MFPA WOMEN’S BEST XI (4-3-3)

Goalkeepers: Cynthia Konlan (Swieqi United); Janice Xuereb (Birkirkara).

Difensuri ċentrali: Maia Melaine Debono (Mġarr United); Stephania Farrugia (Birkirkara); Georgiana Mifsud (Raiders-Lija); Charlene Zammit (Birkirkara).

Difensuri lemin: Chloe Ann Ellul (Hibernians); Jade Schembri (Swieqi United).

Difensuri xellug: Alishia Sultana (Birkirkara); Emma Xuereb (Swieqi United).

Midfielders: Brenda Borg (Mġarr United); Martina Borg (Hibernians); Veronique Mifsud (Birkirkara); Ann-Marie Said (Birkirkara); Dorianne Theuma (Swieqi United); Shona Zammit (Swieqi United).

Attakkanti: Rebecca Atinga (Swieqi United); Yulya Carella (Mġarr United); Alexis Veronica Espitia (Hibernians); Lexine Farrugia (Raiders-Lija); Jade Flask (Swieqi United); Sara Saliba (Birkirkara).

L-AĦJAR PLAYER TAN-NISA TAL-MFPA

Il-kandidati kollha għall-MFPA Women’s Best XI huma nominati.

L-AĦJAR PLAYER ŻAGĦŻUGĦA TAL-MFPA NISA

Maia Melaine Debono (Mġarr United); Lexine Farrugia (Raiders-Lija); Sara Saliba (Birkirkara).

MFPA CHALLENGE LEAGUE

Goalkeepers: Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers); Ryan Caruana (Melita); Yenz Cini (Naxxar Lions).

Difensuri: Ryan Gilmour Cassar (Naxxar Lions); Carlos Conceicao Filho (Tarxien Rainbows); Murilo Henrique Freire Bernardo (Sliema Wanderers).

Midfielders: Edmond Agius (Sliema Wanderers); Matthew Debattista (Melita); Neil Pace Cocks (Naxxar Lions).

Attakkanti: Aroldo da Silva Arruda (Fgura United); Erikys da Silva Ferreira (Naxxar Lions); Lydon Micallef (Sliema Wanderers).

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE PLAYER

Il-kandidati kollha fl-erba’ kategoriji taċ-Challenge League huma nominati.

MFPA L-AĦJAR PLAYER TAL-AMATEUR LEAGUE

Aidan Agius Gilford (Xgħajra Tornados); Saint Ebisindor Christian (Imġarr United); Romeu Pericles Romao (Imsida St Joseph); Timothy Thomas (Senglea Athletic).

L-AĦJAR REFERE MFPA

Philip Farrugia; Trustin Farrugia Cann; Fyodor Zammit.

Ekonomija

Sport