Saturday, April 27, 2024

Kolombjan mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ mara f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Il-pulizija għall-ħabta tat-3.00pm mistennija li tressaq il-Qorti raġel Kolombjan ta’ 43 sena fejn se jkun qiegħed jiġi akkużat bil-qtil ta’ mara f’Tas-Sliema, liema delitt seħħ ilbieraħ filgħodu.

Il-vittma hija Sandra Ramirez – mara Kolombjana ta’ 43 sena – u nstabet mejta fuq is-sodda tal-appartament li kienet tirrisjedi fih b’daqqiet ta’ sikkina.

Kelliem għall-Pulizija lbieraħ qal li s-suspettat ewlieni huwa ta ruħu b’idejh lill-Pulizija. Jidher saħansitra li r-raġel kellu traċċi ta’ demm fuqu meta mar biex jirrapporta.

Huwa se jitressaq quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo.

Sport