Sunday, December 22, 2024

Kompla jonqos il-qgħad fix-xahar li għadda

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’Jannar tal-2023 meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena li għaddiet persuni fuq il-kotba tal-qgħad naqsu b’45 persuna. Dan ifisser li naqsu għal 1,072 meta mqabbel ma’ Jannar tal-2022.

Il-qgħad naqas kważi fil-kategoriji kollha, minbarra dawk li għandhom minn 20 sena ‘l isfel. L-istess ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO u pprovduti mill-aġenzija Jobplus juru wkoll li dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol inqas minn 21 ġimgħa żdiedu.

Barra minn hekk żdiedu wkoll dawk li kienu ilhom fuq il-kotba tal-qgħad bejn il-21 ġimgħa u t-52 ġimgħa. Dan filwaqt li dawk li rreġistraw għax-xogħol aktar minn sena  naqsu.

Mill-istess ċifri ħareġ ukoll li f’Jannar ta’ din is-sena in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 17-il persuna meta mqabbla mas-sena l-oħra l-2022 u b’hekk laħqu 236 persuna. Minn dawk li l-persuni b’diżabilità li rreġistraw, kien hemm 76.3% li kienu rġiel.  

Ekonomija

Sport