Saturday, December 21, 2024

Konferma li l-Iran iħħekkja l-kampanja ta’ Donald Trump

Aqra wkoll

L-istorja ta’ invażjonijiet ċibernetiċi ta’ sistemi elettroniċi minn pajjiżi terzi waqt il-kampanja elettorali fl-Istati Uniti għadha prevalenti. Dan jidher mill-fatt li uffiċjali tal-intelligence tal-Istati Uniti ikkonfermaw li l-Iran kien wara l-hacking riċenti tal-kampanja presidenzjali tal-kandidat Repubblikan Donald Trump.

Il-Federal Bureau of żinvestigation (FBI) u aġenziji federali oħra qalu fi stqarrija konġunta li l-Iran għażel li jindaħal fl-elezzjoni tal-Istati Uniti biex iqajjem id-dizgwid u jimmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi Amerikani.

Il-kampanja ta’ Trump ippuntat subgħajha lejn l-Iran fl-10 ta’ Awwissu talli attakka l-messaġġi interni tiegħu. Madankollu, uffiċjali Iranjani ċaħdu dawn l-akkużi.

Sorsi familjari mal-investigazzjoni qalu lil CBS News, li jissuspettaw li l-hackers Iranjani wkoll immiraw il-kampanja tan-nominat presidenzjali Demokratiku Kamala Harris.

Uffiċjali tal-intelliġenza sostnew li l-Iranjani permezz tal-midja soċjali u sforzi oħra fittxew għal individwi li kellhom aċċess dirett għall-kampanji Presidenzjali taż-żewġ partiti politiċi.

Attività bħal din, inklużi serq u żvelar ta’ informazzjoni, huma maħsuba biex jinfluwenzaw il-proċess elettorali tal-Istati Uniti.

Allegatament, il-kampanja ta’ Trump irceviet email ta’ spear-phishing – messaġġ iddisinjat biex jidher affidabbli bil-mira tkun li r-riċevitur jikklikkja fuq link malizzjuż.

Il-kampanja ta’ Kamala Harris qalet li l-ġimgħa li għaddiet hija wkoll kienet fil-mira ta’ attakk ta’ spear-phishing, għalkemm dan l-attakk ma rnexxiex.

L-aġenziji li ħarġu d-dikjarazzjoni ta’ nhar it-Tnejn, inklużi l-FBI, l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Nazzjonali, u l-Aġenzija taċ-Ċibersigurtà u s-Sigurtà tal-Infrastruttura, qalu li t-tattiċi użati m’humiex ġodda u nnutaw li r-Russja u l-Iran kienu użaw metodi bħal dawn matul l-elezzjonijiet preċedenti tal-Istati Uniti.

Għadu mhux ċar liema informazzjoni, jekk hemm, insterqet waqt il-hack. Donald Trump qal li l-hackers setgħu biss jiksbu informazzjoni disponibbli pubblikament.

In-New York Times, Politico u The Washington Post qalu li ħarġu informazzjoni kunfidenzjali minn ġewwa l-kampanja ta’ Trump, inkluż l-istħarriġ dwar is-sieħeb tiegħu, JD Vance.

Uffiċjali Amerikani qalu li kien ċar li l-Iran ried jifforma l-eżitu tal-elezzjonijiet ta’ Novembru li ġej fl-Istati Uniti għaliex jemmen li huma partikolarment konsegwenzjali f’termini tal-impatt li jista’ jkollhom fuq l-interessi tas-sigurtà nazzjonali tiegħu.

L-aġenziji tal-intelliġenza Amerikani żiedu li huma kienu osservaw attività Iranjana dejjem aktar aggressiva matul dan iċ-ċiklu elettorali.

Riċentement, Microsoft qalet li kienet osservat emerġenza ta’ influwenza sinifikanti attiva minn gruppi marbuta mal-Iran.

Skont Google, qabel ma abbanduna t-tellieqa għall-White House ix-xahar li għadda, il-kampanja tal-President Joe Biden kienet fil-mira ta’ hackers Iranjani, bħal dik ta’ Trump.

Ekonomija

Sport