Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 80 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei lbieraħ, 9 ta’ Settembru u miet l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum. Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.Attachments area