Friday, November 29, 2024

120 immigrant jippruvaw jaħarbu f’xahar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar xahar kien hemm madwar 120 immigrant li ippruvaw jaħarbu minn Malta b’dokumenti foloz.

Kien l-Ispettur Frankie Sammut, mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija, li  qal dan quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo hekk kif ressaq żewġ immigranti akkużati li ippruvaw jaħarbu b’dokumenti foloz.

Wara li ammettew l-Avukat Fransina Abela, li dehret għalihom, talbet lill-imsemmi maġistrati biex tagħtihom sentenza ta’ ħabs sospiża ħalli jmorru lura fiċ-ċentri u jgħidu lil sħabhom li tentattivi bħal dawn mhux jirnexxu.

Hija irrimarkat li hemm min qed isir sinjur minn fuq dawn l-immigranti għax qed ibigħilhom dokumenti foloz.

Madankollu l-Ispettur Sammut sostna li fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar xahar tressqu mal-120 immigrant ikun aħjar jekk min jammetti jibda jeħel iktar mis-sitt xhur li qed jingħataw għax din il-piena mhux isservi bħala deterrent.

Minkejja dan il-Maġistrat Farrugia Frendo ikkundannat liż-żewġ immigranti għal piena ta’ sitt xhur ħabs.

Sport