Wednesday, March 27, 2024

Żabbari jiċħad li seraq żewġ barbaġanni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar wieġeb mhux ħati li seraq żewġ barbaġanni mill-Buskett b’dannu għall-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).

Ronald Azzopardi, li mistoqsi x’jaħdem wieġeb li jiżbor is-siġar, kien mixli li wettaq din is-serqa fis-7 ta’ Settembru li għadda bil-valur taż-żewġ barbaġanni huwa ta’ madwar €500-il wieħed.

Huwa kien mixli wkoll li għamel interventi kirurġiċi għal raġunijiet ta’ tibdil tal-apparenza tal-annimal, li ġiegħel annimali jsofru u li ikkaġuna ħsara fil-proprjetà fejn kienu t-tjur.

Permezz tal-Avukat Fransina Abela huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispetturi Roderick Attard u Andy Rotin madankollu l-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport