Friday, July 19, 2024

Konfermati l-Uffiċċjali tal-Inter Supporters Club Gozo (Malta)

Aqra wkoll

Waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet riċentament, il-Klubb tas-Supporters Għawdxin tal-Inter, Joe Bajada, Alvin Grech u Shaun Paul Attard kienu kkonfermati fil-karigi ta’ President, Segretarju u Teżorier rispettivament.

Fil-messaġġ tiegħu, Joe Bajada qal li l-istaġun li għadda tana ċerti sodisfazzjonijiet bir-rebħ ta’ 2 unuri fosthom il-Kampjonat li tana anke t-tieni stilla u għal din l-okkażjoni organizzajna attiva’ mil-isbaħ b’xejn għal membri, kif ukoll attivitajiet simili fuq skala iżgħar matul dan l-istaġun għal membri tagħna.

Esperjenzi ferm sbieħ kienu li organizzajna għal membri fosthom Tour għal Partita miċ-Champions League bejn l-Inter u l’Atletico Madrid fl-20 ta’ Frar li għadda fejn hawn 3 membri tagħna kienu sbandiratori qabel il-partita, kif ukoll li membru żgħir tagħna ntagħżel biex ikun wieħed mit-tfal fil-walkabout qabel mal-players jidħlu fid-dressing rooms għal partita kontra Napoli fis-17 ta’ Marzu 2024. Bla dubju dawn kienu esperjenzi ndimentikabbli.

Bajada qal li  l-pass li jmiss għall-istaġun li ġej wara l-bidla fit-tmexxija fejn Beppe Marotta nħatar President, huwa dak li nħarsu l’quddiem b’ċertu ottimiżżmu fejn fl-istaġun li ġej l-Inter ser jerġgħu jippruvaw ukoll ikunu fost il-protagonisti fl-Ewropa. Huwa qal li bħala klubb Għawdxi li minkejja li aħna klubb żgħir, pero għandna qalb kbira li tħabbat b’qalb u demm Għawdxi. Huwa tenna li minkejja li aħna żgħar, pero aħna l-uniċi f’Malta u Għawdex li ma nieħdu l-ebda flus żejda kull meta l-membri tagħna jitolbuna nġibulhom il-biljetti għal logħob tal-Inter.

Bajada qal li bqajna nemmnu fina nfusna biex dak li rnexxielna nistabilixxu disa’ snin ilu bir-rikonoxximent total minn naħa taċ-Centro Cordinamento, bqajna għaddejjin bl-għajnuna ta’ kulħadd u ħidma tagħna hija li nibdew inħarsu ‘l quddiem għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-10 anniversarju tagħna.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi irringrazzja mill-qalb lil kulħadd, fosthom lil uffiċċjali kollegi, Alvin Grech u Shaun Attard tax-xogħol kbir li jwettqu, li flimkien mal-oħrajn għadna għaddejjin. Bajada appella lil membri tal-Kumitat biex kull min jista jgħati s-sehem tiegħu jgħatih, għax bil-ftit ta’ kulħadd ikunu nistgħu nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna, filwaqt li radd ħajr speċjali lil Kumitat Ċentrali tal-Festa ta’ Kerċem għal koperazzjoni assoluta li jsibu minn għandhom biex inkunu jistgħu jiltaqu għandhom matul dawn is-snin kollha. Joe Bajada appella lil Interisti Għawdxin fuq l-importanza biex matul dawn il-ġimgħat kull min irid jidħol jew iġedded it-tessera, biex ma jħallux għall-aħħar sabiex ma joħorġux diżapuntati u hekk ikollhom il-materjal garantit.

Il-Klubb Għawdxi ħabbar li bħal ma għamlu s-snin l-oħra, ser jonoraw lill-iktar membri lejali u din is-sena dan ir-rikonoxximent ser jingħata lil Joseph Camilleri.

Waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali, il-Kumitat 2024-26 huwa iffurmat hekk:

President:                    Joe Bajada

Viċi President:              Noel Borg                   

Segretarju:                 Alvin Grech

Assistent Segretarju:    Chris Portelli                                

Teżorier:                     Shaun Paul Attard

Assistent Teżorier:       David Zammit

Membri:                      Christian Portelli; Aaron Scicluna; Joseph Camilleri, Ramon Pace u Alan Joe Mifsud

Direttur Spiritwali:        Fr. Joe Borg Mssp

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport