Friday, April 19, 2024

Konġestjoni kbira tat-traffiku fil-Marsa… Evita ż-żona!

Aqra wkoll

Inewsmalta tinsab infurmata li ftit tal-minuti ilu seħħet ħabta fuq waħda mill-flyovers tal-proġett li jinsab għaddej b’rittmu mgħaġġel fil-Marsa.

Jidher li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fl-aħħar parti ta’ din il-flyover direzzjoni lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u b’hekk ġiet ikkawżata konġestjoni kbira tat-traffiku. Dan minħabba li ż-żewġ vetturi maħbutin imblukkaw il-karreġġjata li minnha jista’ jgħaddi t-traffiku u b’hekk fi ftit minuti komplew jinġemgħu aktar vetturi.

Fil-post issejħu uffiċjali tal-ordni biex tkun tista’ tiġi kkontrollata din is-sitwazzjoni.

Konġestjoni kbira tat-traffiku kawża ta’ dan l-inċident fil-Marsa

Sport