Wednesday, July 24, 2024

Konna t-tnejn f’forma tajba … iżda finalment irbaħt b’mod unanimu – Super Steve Martin

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fi ġlieda boxing mill-isbaħ li ġabet l-isem ta’ Fight Island bejn Super Steve Martin u Super Scott Dixon li saret fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali kien Martin li finalment ħareġ rebbieħ fuq 12-il rawnd.

Dan is-sit tkellem ma’ Steve innifsu, fejn tana dawn il-kummenti:

“Bdejt nipprepara għal din il-ġlieda minn nofs Marzu. Kien għaddej kollox sew imma weġġajt kustilja waqt sparring u kelli nieqaf gimgħatejn. Kelli nwaqqaf l-isparring totalment, imbagħad tlajt l-Ingilterra fejn il-coach tiegħi Barry Smith u għamilt l-aħħar għaxart ijiem taħriġ miegħu ġol-gym fejn jittrenjaw diversi champions fostom Anthony Joshua. Beda jaħdimli ħafna fuq il-pjan li riedna nużaw kontra Scott Dixon, li waqt il-ġlieda wera l-frott tiegħu.”

“Il-ġlieda kienet kompetittiva kif ra kulħadd, fejn Dixon qabel il-ġlieda qal li ilu ma jittrenja bis-serjetá hekk għal snin twal, u b’hekk konna t-tnejn f’forma tajba. Sfortunatament waqt il-ġlieda tajtu knockdown ċara kristall kif ra kulħadd minbarra r-referi.

Kont qiegħed lest biex inwaqqaf il-ġlieda b’knockout imma tawh wisq ħin biex jirkupra, kważi minuta mentri suppost tmien sekondi, imma ġo qalbi għidt kulħadd jiżbalja u żammejt l-enerġjja f’każ li l-ġlieda tmur għal 12 -il rawnd kif fil-fatt marret. Dixon baqa’ tajjeb sal-aħħar għax huwa fighter b’qalb kbira, imma rbaħt ħafna mir-rawnds jiena u rbaħt il-ġlieda b’mod unanimu!”

Ekonomija

Sport