Tuesday, April 30, 2024

Konrad Laimer ma’ Liverpool f’Jannar?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá li f’Jannar li ġej Liverpool jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Awstrijak ta’ RB Leipzig, Konrad Laimer. 

Ir-Reds ammettew li għamlu żball kbir li fis-sajf li għadda ma ffirmawx midfielder liema settur huwa nieqes mill-motivazzjoni hekk kif l-etá medja hija dik ta’ 30 sena. 

Players bħal James Milner, Jordan Henderson u Thiago Alcantara, huma meqjusa “anzjani” filwaqt li Curtis Jones, Naby Keita u Alex Oxlade-Chamberlain ma tanx kienu nvoluti minħabba li kienu qed jirkupraw minn injury. 

Barra minn hekk, it-team immexxi mill-coach Jurgen Klopp għandu lista ta’ players imweġġgħin, tant, li f’dan l-istaġun għadu qatt ma lagħab bl-aħjar formazzjoni. 

Min-naħa ta Laimer, li għandu 25 sena, sostna li jrid jingħaqa ma’ Liverpool minħabba li ilu partitarju tagħhom. 

Sport