Monday, December 23, 2024

Konrad Mizzi jiddaħħal l-isptar

Aqra wkoll

L-eks Ministru Konrad Mizzi ddaħħal l-isptar u għalhekk llum mhux se jkun qiegħed jidher quddiem il-PAC.

Dan is-sit jinsab infurmat minn sorsi ta’ min joqgħod fuqhom li huwa ddaħħal l-isptar ilbieraħ.

Mizzi kien mistenni li jkompli jixhed għat-tielet darba quddiem il-kumitat għall-kontijiet pubbliċi llum wara nofsinhar.

Fl-aħħar seduta reġa’ spikka l-għajjat kif ukoll il-botti u r-risposti bejn l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-membri tal-Oppożizzjoni fuq l-istess Kumitat. Waqt li x-xhud kien għaddej bil-preżentazzjoni tiegħu dwar il-proġett, kien hemm mument partikolari fejn il-membri tal-Oppożizzjoni bdew jirreferuh għal affarijiet oħra inkluż dwar il-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport