Friday, April 19, 2024

F’erba’ snin traħħsu 192 mediċina… 33 minnhom din is-sena

Aqra wkoll

F’erba’ snin, bejn l-2017 u l-2021, kien hemm 192 mediċina li l-prezz tagħhom ġie rivedut ‘l isfel tant li wħud minn dawn il-mediċini traħħsu sostanzjalment anki sa 70%. 

Minn dawn, 33 mediċina roħsu fil-prezz matul din is-sena. Dan jikkumpara tajjeb meta mqabbel mar-roħs ta’ mediċini reġistrat is-sena li għaddiet fejn b’kollox raħsu 10 mediċini.

Jirriżulta li mill-ammont ta’ mediċini li l-prezz tagħhom traħħas f’dawn l-aħħar erba’ snin kien hemm dawk relatati ma’ diversi kundizzjonijiet fosthom id-dijabete, l-osteoporiżi, l-ansjetà, id-dimensja, l-asthma, infezzjonijiet, kontraċettivi u pressjoni għolja.

Ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċini msemmija varja minn €0.13ċ għal €455.40ċ. Kien hemm ukoll uħud mill-mediċini li roħsu fil-prezz minn sena għall-oħra.

Kien il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo li ta dan it-tagħrif fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Laburista Oliver Scicluna.

Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Bartolo spjega kif l-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem mill-qrib mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumaturi u l-imsieħba farmaċewtiċi sabiex fis-suq Malti jkun hawn mhux biss provvista imma wkoll kompetizzjoni xierqa li tassigura mediċini bi prezz ġust.

Huwa fisser ukoll il-proċess li l-proċess użat sabiex prodott mediċinali jiġi mraħħas fis-suq huwa prinċipalment ibbażat fuq riċerka fis-suq rigward il-prodott u diskussjonijiet mal-partijiet interessati.

Sport