Monday, April 22, 2024

Ara: Il-maltemp iħalli ħerba fi Sqallija

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat maltemp qalil ħakem lill-gżira ta’ Sqallija u kkawża diversi ħsarat kif jixhdu diversi ritratti li ġew ippubblikat fuq il-midja soċjali. Sfortunatament kawża ta’ dan il-maltemp miet raġel ta’ 53 sena li jismu Giuseppe Ricca. 

Il-ħidma tal-pumpieri baqgħet għaddejja matul il-lejl u anke dalgħodu, b’mod partikolari f’Termini Imerese, minħabba għargħar f’diversi toroq, speċjalment fiż-żona industrijali.

Rapporti qalu li Sqallija nħakmet minn diversi trombi tal-arja li laqtet diversi lokalitajiet fosthom ta’ Sciacca, Marinella di Selinunte u Bisacquino.

Il-protezzjoni ċivili ħarġet twissija li tibqa’ fis-seħħ sa nofsillejl tal-lum.

Dan huwa filmat li ttieħed dalgħodu ġewwa Comiso:

Dan il-maltemp wassal biex jingħalqu l-iskejjel f’Sciacca u Menfi filwaqt li huwa previst li l-lokalità ta’ Palermo tinħakem minn maltempati bir-ragħad u buffuri ta’ riħ qawwija. 

Lokalitajiet oħra fl-inħawi ta’ Trapani ġew milquta minn xita bis-silġ b’daqs ta’ tliet ċentimetri. Barra mill-kosta ta’ Trapani, quddiem Selinunte, dehret tromba tal-arja li qajmet paniku fost mijiet ta’ residenti hekk kif beżgħu li din se tasal viċin l-art.

Intant, il-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ qalet li dan il-maltemp mhux se jmissna hekk kif fuqna jippersisti t-temp stabbli.

Filwaqt li ppubblikat dan il-filmat, l-istess paġna qalet li l-kawża ta’ dan kollu hu mediterran baħar huwa sħun ħafna, temperaturi għoljin u ma’ kull maltempata qed tikkawża dan it-tip ta’ Maltemp estrem.

Sport