Thursday, April 25, 2024

Kif se jaħdmu l-play-offs tat-Tazza tad-Dinja?

Aqra wkoll

Il-play-offs tal-Ewropa se jieħdu sehem fihom 12-il team, inklużi l-10 li spiċċaw fit-tieni post tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni bit-tnejn l-oħra jittieħdu minn timijiet li rebħu l-grupp tagħhom fin-Nations League, iżda li ma spiċċawx fl-ewwel żewġ postijiet fil-preliminari Mondjali.

It-timijiet jiġu mifruda fi tliet gruppi ta’ erbgħa f’kull wieħed fejn jilagħbu semi-finali u finali fuq logħba waħda u t-tliet rebbieħa jaqtgħu l-passaġġ għall-Qatar.

Il-poloz se jiġu mtel­lgħin nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru, fil-5.00 pm fi Zurich waqt li s-semi-finali jsiru l-Ħamis, 24 ta’ Marzu u l-finali t-Tlieta, 29 ta’ Marzu.

It-timijiet issidjati huma l-Portugall, l-Iskozja, l-Italja ir-Russja u Wales.

Dawk f’Pot 2 se jkunu t-Turkija, il-Polonja, il-Maċedonja, l-Ukrajna, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, bl-aħħar żewġ timijiet jikkwalifikaw permezz tal-UEFA Nations League. 

Sport