Sunday, December 22, 2024

Konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-kondotti fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-esperjenza li kellu meta żar lil persuni li qegħdin isegwu programm rijabilitattiv fil-komunità tal-Caritas f’Baħar iċ-Ċagħaq. Huwa tenna li dan il-Gvern ma jemminx fit-tpattija iżda fl-iskop riformattiv tal-piena.

Huwa żied jagħmel referenza għar-riforma li se tħares lejn ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga. Kien hawn fejn ħabbar li fil-jiem li ġejjin se titnieda konsultazzjoni oħra b’rabta mar-riforma fiċ-ċertifikati tal-kondotti. Riforma li fi kliemu stess trid tkun waħda ġusta mas-soċjetà kollha.

“Ir-riforma trid tkun waħda li l-punt tat-tluq tagħha jkun li ma tikkundannax għal dejjem. Għal dak l-iżball għandek prezz. Il-prezz huwa dak li tiffissah il-Qorti. Il-prinċipju ċar jibqa’ l-ħarsien tal-vittmi. Iżda r-rijabilitazzjoni u l-għajnuna ta’ dawk li wettqu reat fil-passat hi daqstant ieħor importanti, kemm għar-riintegrazjoni tagħhom fis-soċjetà u sabiex il-pajjiż jiżgura li ma jerġgħux jaqgħu għal reati mill-ġdid,” qal Dr Abela.

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar kif dan il-Partit mhux se jistrieħ fuq il-kisbiet tiegħu. 

“Nitkellmu fuq is-suċċessi, għax aħna nieħdu gost bis-suċċess ta’ pajjiżna. Imma dak huwa biss il-bażi biex niksbu iktar. Biex nibqgħu nkunu l-Gvern tan-nies. Imma għandna bżonn lilkom kollha. Għax sakemm nibqgħu nsibu lilkom warajna, xejn ma jista’ jwaqqafna. Biex nibqgħu mmexxu lil dan il-pajjiż ‘il quddiem.”

Ekonomija

Sport