Wednesday, April 24, 2024

“Kont qed nittama li nqum minn ħolma kerha … Nimmisjak” – ħu s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

“Kont qed nittama li nqum minn ħolma kerha.. imma le. Nimmisjak u nħobbok.” Dan kien il-messaġġ ta’ ħu Alex Borg magħruf bħala ċ-Coqqos li sfortunatament ilbieraħ tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel fil-ġurnata tal-Għid il-Kbir. Huwa kellu 38 sena u kien dilettant kbir tal-muturi.

Diversi familjari u ħbieb oħrajn esprimew id-dieqa kbira li Alex ħalla din id-dinja b’mod traġiku u ħafna fakkruh bħala bniedem ferrieħi u ċajtier.

Il-kuġin tiegħu wkoll kiteb li mumenti bħal dawn jagħmluk taħseb kemm hija fraġli l-ħajja tagħna u kemm għandna ngħożżu kull mument li għandna f’din id-dinja.

Persuna oħra kitbet li għadha ma tistax temmen li Alex tilef ħajtu u qalet li l-firda hija kerha wisq. “Inwegħdek li se nibqa’ hemm għat-tfal, għall-ġenituri tiegħek, għal ħutek u għat-tfajla tiegħel, inwegħdek. Ħu ħsiebna minn hemm fuq brother.”

Intant f’messaġġ ieħor fuq il-midja soċjali kien jgħid, “l-għażiż tagħna Alex se niħduh it-Tlieta 14 ta’ April. Ovjament ħabba s-sitwazzjoni li qegħdin fiha tal-virus ma nistgħux inkunu preżenti pero nitolbu għalih xorta.”

Sport