Saturday, December 21, 2024

Kont taf? Fatti dwar Facebook

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

  • Ta’ kuljum 2.74 miljun persuna jużaw il-Facebook;
  • Minn Settembru tal-2019 kien hemm żieda ta’ 12% fil-membri;
  • Dan huwa l-aktar pjattaforma diġitali li jilħaq nies globalment;
  • Fil-fatt, Facebook għandu 59% tal-popolazzjoni tan-network soċjali dinji:
  • Din il-pjattaforma hija t-tielet l-aktar website popolari; qabel Facebook hemm Google u YouTube;
  • Facebook huwa t-tieni l-aktar app imniżżla minnhom kollha; jirbaħlu biss TikTok;
  • Il-Messenger tal-Facebook huwa fis-seba’ post tal-aktar apps popolari;
  • Fl-2021 Facebook jagħlaq 17-il sena minn mindu twaqqaf;
  • Mark Zuckenberg ħareġ l-ewwel verżjoni ta’ Facebook fl-4 ta’ Frar, 2004;
  • Din hija pjattaforma stabbilità twassal aħbarijiet, riklami ta’ prodotti u hija mezz ta’ komunikazzjoni;
  • 63% tal-impjegati ta’ Facebook huma rġiel;
  • 57% tal-udjenza hija masikili;
  • 32.4% tal-udjenza hija tal-etajiet ta’ bejn il-25 u 34 sena:
  • 95% tal-popolazzjoni Amerikana li għandhom aktar minn 12-il sena, jafu b’Facebook; 
  • 63% tal-popolazzjoni Amerikana li għandhom aktar minn 12-il sena jużawh;
  • Dawk li jużaw il-Facebook iqattgħu 34 minuta kuljum fuqu b’79.9% minnhom minn fuq il-mobile;
  • L-aktar suġġett diskuss fuq Facebook is-sena l-oħra kien dwar il-mewt ta’ Kobe Bryant, il-plejer tal-Basketball;
  • 500 miljun persuna jużaw Facebook Stories kuljum;
  • 1.3 biljun persuna jużaw Messenger; 1.8 biljun Facebook Groups; u Facebook Dating qabbel 1.5 biljun persunaa biex ikunu koppja;
  • F’nofs sena Facebook neħħa kważi erba’ miljun kontenut irregolari.
Ekonomija

Sport