Tuesday, April 30, 2024

Floriana jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Floriana ………..2

Gzira United ….1

F’partita mill-isbaħ, Flo­ria­na dawru telfa f’reb­ħa biex għelbu lil Gzira United 2-1. Detrimentali għall-Maroons kienet it- tkeċċija ta’ Luke Tabone fit-53 minuta hekk kif minn hemm ‘il quddiem Floriana ħadu l-kmand tal-logħba, u rnex­xielhom joħorġu mill-ground bit-tliet punti.

Gzira United fetħu l-iskor proprju fl-ewwel az­zjoni perikoluża li ħolqu, fil-ħames minuta, meta Jackson Mendoza għadda tajjeb lejn YURI DE JESUS MESSIAS li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ma b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun  wara l-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.

Iżda l-Maroons bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li l-Greens ma rebħux penalty tliet minuti biss wara meta Luke Tabone waqqa’ lil Kristian Keqi fil-kaxxa. Madankollu, mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Keqi li ra lil Justin Haber    isalva bi bravura.

Iżda wara dawn iż-żewġ azzjonijiet il-partita naqqset mir-ritmu biex il-Maroons daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ goal.

Iżda fit-53 minuta, huma qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċilhom Luke Tabone għal karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Andrei Ciolacu.

Il-Greens bdew japprofittaw minn dan il-vantaġġ numeriku u tliet minuti wara Ryan Camenzuli avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel xeħet cross-shot għan-nofs li madankollu ntemm barra hekk kif l-ebda player minn sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Huma komplew fuq l-offensiva u mas-siegħa logħob Jose Ulises Arias kellu daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tiġi maqlugħa minn fuq il-linja fatali minn Gabriel Bohrer Mentz b’daqqa ta’ ras oħra biex salva goal ċert.

Kulma jmur kompla d- dominju ta’ Floriana u fis-66 minuta, minn azzjoni ta’ corner is-sostitut Jan Busuttil xeħet cross għan-nofs bil-ballun jintemm għand Ouald El Hasni li iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm mal-wieqfa.

Iżda fit-78 minuta, Floria­na kisbu d-draw meta ANDREA CIOLACU b’xutt għar-rokna wara azzjoni personali ta’ Arias. 

Fid-89 minuta, Floriana skorjaw il-goal tar-reb­ħa b’xutt mid-distanza ta’  RYAN CAMENZULI wara clearance qasira.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Ove­rend (77-Aleandro Garzia 88), 3-Chrstian Rutjens (28-Emiliano Caligari 61), 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 9-Kristijan Keqi (29-Eugeniu Rebenja 46), 10-Jose Ulises Arias, 11-Andrei Ciolacu, 22-Brandon Paiber, 94-Ryan Camenzuli, 96-Daniel Agius (30-Jan Busuttil 46)   – Coach: Gianluca Atzori

gZIRA U.: 16:Justin Haber, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 11-Yuri De Jesus Messias (19-Martin Davis 61), 17-Clive Gauci (91-M. Maia 72), 93-Thiago Espindola (20-Nevin Portelli 55), 94-Jefferson de Assis, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Chris Francalanza, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Alexandar Jovanovic

SKORERS: Y. De Jesus Messias 5 (GU), A. Ciolacu 78, R. Ca­menuzli 89 (F)

AMMONITI: J. De Assis, S. Pisani (GU), B. Paiber, O. El Hasni (F)

TKEĊĊA: L. Tabone 53 (GU)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Yuri De Jesus Messias (GU)

Sport