Wednesday, July 24, 2024

“Kont tilmenta mill-anqas … bqajt temmen sal-aħħar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat bosta kienu dawk li bkew it-telfa ta’ Rebecca Zammit Lupi. 

Ommha Marisa Ford iddeskriviet il-marda bħala waħda tal-biża’ li kissret ġisem bintha u qalbha. Hija fakkret il-pożittività ta’ bintha u qalet li minkejja t-tbatijiet kollha li għaddiet minnhom, kienet tilmenta mill-anqas. Minkejja li fl-aħħar ġimgħat kollox kien jindika li Rebecca kienet minn taħt, u li l-probabbilità li ssalva kienu minimi hi baqgħet temmen li tirkupra xi ftit.

Il-missier min-naħa tiegħu rringrazzja lil kull min għaddhielhom il-kondoljanzi u messaġġi ta’ kuraġġ li se jkun qiegħed ikompli jaqra u jwieġeb fil-jiem li ġejjin. Huwa żied jgħid li sfortunatament minħabba l-pandemija, in-numru ta’ persuni li jixtiequ jattendu biex jagħtu l-aħħar tislima lil binthom se jkun baxx ħafna, iżda aktar dettalji dwar dan se jkunu qed jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Magħhom ngħaqad iż-żeffien Warren Bonello li ddeskriva liċ-ċkejkna għall-kuraġġ li kellha u li minkejja li seta’ kien biss wieħed mill-għalliema tagħha, ma jistax jiddeskrivi dak li qed iħoss bħalissa. Huwa qal li l-unika rifuġju li jsib huwa li jikkonvinċi lilu nnifsu li tinsab f’post aħjar ’il bogħod mill-għawġ ta’ din id-dinja.

It-tifla kien ilha tiġġieled il-marda tal-kanċer għal dawn l-aħħar xhur, iżda sfortunatament ilbieraħ tħabbret il-mewt tagħha.

Ekonomija

Sport