Saturday, May 4, 2024

Il-MAM titlob li jiġu mlaqqmin kemm jista’ jkun persuni mill-aktar fis

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-MAM fi stqarrija maħruġa aktar kmieni bdiet biex tfaħħar il-Ministeru Tas-Saħħa li kien effettiv ħafna fin-negozjar tat-tilqim u għall-fatt li rnexxielna niksbu ammont sostanzjali ta’ tilqim. Minkejja dan l-unjin tat-tobba tinsab diżappuntata ferm bil-mira fil-proċess tat-tilqim imħabbra lbieraħ, li skontha hija relattivament baxxa.

Il-maġġoranza tal-professjonisti tas-saħħa huma diżappuntati minħabba li u stmat li madwar persuna minn kull għaxra għadhom tlaqqmu bl-ewwel tilqima, b’mod speċjali meta l-gvern għandu aktar tilqim maħżun milli għandu front liners. L-unjin qed tisħaq li b’aktar organizzazzjoni, il-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa għandhom jitlaqqmu biż-żewġ dożi fl-erba’ ġimgħat li ġejjin.

Skont il-MAM hija figura allarmanti dik ippubblikata fl-aħħar sigħat u li tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom il-ħsieb li jipprovdu “biss” 5,000 tilqima fil-ġimgħa u li dan ikun ifisser li biex jitlaqqam il-poplu kollu se jkun hemm bżonn perjodu ta’ aktar minn tliet snin.

Il-MAM, filwaqt li stiednet l-awtoritajiet tas-saħħa biex jikkunsidra l-kalkoli maħduma minnha qalet li r-rata tat-tilqim għandha tkun biss limitata minħabba fatturi ta’ nuqqas fil-provvista u mhux minħabba ineffiċjenzi fl-organizzazzjoni.

Skont il-kalkolu tal-MAM:

Biex jitlaqqmu 6,000 front liner biż-żewġ dożi f’ħames ġimgħat iridu jingħataw 342 doża kull jum, inklużi fil-Ħdud u l-festi.

Biex titlaqqam il-popolazzjoni adulta biż-żewġ dożi f’ħames xhur hemm bżonn 5,333 doża kuljum, inklużi fil-Ħdud u l-festi.

Sport