Koppja Ingliża miżżewġa li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienu qegħdin fl-Uganda għall-qamar il-għasel, huma fost it-tliet persuni maqtula minn grupp suspettati li huma marbuta mal-Isis aktar kmieni it-Tlieta filgħaxija.
Il-koppja, Dave u Celia Barlow, kienu qegħdin fuq vjaġġ, fejn kienu qed iduru l-Park Nazzjonali Queen Elizabeth, meta ġew attakkati minn membri suspettati tal-grupp ribelli tal-Forzi Demokratiċi Alleati, l-ADF.
Fuq il-mezzi tal-midja soċjali, il-gwardjan tal-Knisja ta’ Santa Marija f’Hampstead, Richard Davies, qal; “Illum qomna b’aħbar traġika hekk kif għadna kif smajna l-aħbar devastanti tal-mewt ta’ Dave u Celia Barlow”.
Huwa żied jgħid li l-knisja se tkun miftuħa għal kulħadd sabiex dawn joffri il-ħsibijiet u t-talb, anke b’mod privat. Huwa ħeġġeġ lil pubbliku sabiex kull min imur jixgħel xemgħa sabex b’tifkira għal Dave u Celia.