Wednesday, July 24, 2024

Koppja Maltija b’appell għall-għajnuna

Aqra wkoll

Graziella u Shawn Mifsud qed jappellaw lill-pubbliku sabiex jgħinu lill-familja tagħhom, wara li kawża ta’ infezzjoni, ir-raġel spiċċa biex tilef idejh u saqajh.

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali, Graziella spjegat li ftit tal-ġimgħat ilu Shawn, ħa infezzjoni li rriżultat f’dik li tissejjaħ ‘septic shock’ u spiċċa fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). Qalet ukoll li biex irnexxielu jsalva t-tobba kellhom ineħħulu saqajh u idejh.

Hija qalet; “Shawn jixtieq ħafna jerġa’ jibda jaħdem u jkompli bil-ħajja normali tiegħu. Għandu bżonn idejn u saqajn bionic li jiswew ammont kbir ta flus. Qed induru għall-ġenerożità tagħkom sabiex inkunu nistgħu nixtru idejh l-ewwel”.

Għal dawk li jixtiequ għajnuna, jistgħu jagħmlu dan permezz tal-kont bankarju; IBAN: MT13 VALL 2201 3000 0000 5001 1233 201 jew inkella permezz tal-BOV app fuq in-numru: 79327955

Ekonomija

Sport